Ad altare Dei mal-orgni tal-għodwa. Bħal pagoda mixgħula
Kultant nismagħni naħseb bħal brimba li toħlom għanqbuta tal-ħġieġ
Matutin nintona meta noħroġ fis-sried tal-għodwa.
Kemm kien ikun sewwa Mulej kieku kellna tinda nwaqqfu hawn fuq fuq din l-għolja għalik u għalina!
Marbut ħalluni mal-arblu majjistru … ħalluni marbut b’dawn il-ħbula.
Fil-pontifikal tal-bosk lil hinn mill-jien tiela’ l-inċens tal-memorji…
Il-ħbabat barokki tal-bronż jaħbtu mal-bieb u jwerwru l-uħux.
Taħt il-kannizzati tiegħek li jqattru eliżir bl-inbejjed ta’ mħabbtek nixxaħxaħ Mulej…
Nixpakka bl-uġigħ biex ħaj inreġġgħek mill-ġdid quddiemi ja ħija!