Antenna

Kultant
nismagħni naħseb
bħal brimba li toħlom
għanqbuta tal-ħġieġ
minsuba
tixxeblek bħal antenna
biex taqbad
resonanzi
lil hinn mill-urni minsija
fil-ġonna tal-bieraħ …
lil hinn mix-xefaq
tal-għada …
mid-dmugħ u miċ-ċpar …
mill-irmied.