Tabor

Kemm kien ikun sewwa
Mulej
kieku kellna
tinda nwaqqfu hawn fuq
fuq din l-għolja
għalik u għalina!
Taħt riġlejna
fwieħtu jfarfar is-sagħtar
u fuq rasna l-kometi
jħażżu strixxi ġol-baħħ
b’xuxithom.
U li kieku int bħal Ġożwè
kellek twaqqaf
minn tlugħha x-xemx
u mill-imsiebaħ mistiċi
kellek iddewwaqna
biss qatra dija miblula
fil-manna ta’ mħabbtek …
li kieku.