L-orjent ġa kebbes il-forġa. Ruxxana x-xemx tħoll l-ingotti tad-deheb fl-orizzont.
Mejlaqni ħa ninsinn fuq il-ħaġra lixxa granit. Illimali dil-lama
Daqs ir-riq fin bejn is-swaba’ raqqaqtha l-għaġna tat-tafal, daqs ir-riq
Fuq katafalk tal-alabastru vvinat stenduta rajtek bil-pjiegi tad-drappeġġ illamtati
B’liema trapan nista’ nberren id-djamanti biex minnhom nisraq il-fjamma tad-dawl titliegħeb…
Bħal naħla li l-ħorġa timborġa bil-ħolma tal-ward u taż-żahar…
Hawn f’din id-dura rdussata, f’dan il-lejl meta l-kwiekeb ipassu
Ġifa u bla ħila jien imma nġiegħel naf lis-susan iwaqqaf it-trombi ta’ widnietu jissamma’ passejja delikati.
X’inhu jonħor ir-riħ fil-katusi? Mal-qattara jissara, mal-miżieb?