Int li tissogra b’għajnejk fissi tħares imżarġna f’għajnejn ix-xemx…
Donnejtni sponża inlaqqat mill-mehrież tal-univers sigriet l-ispazju
Biż-żejt il-lewż ta’ bewsti nidilkek u nbaħbħek bi dmugħ l-għasir tal-ġunġlien.
Ja Anubis alla falz bid-daħqa ta’ xakall, la tħarisx lejja
Kif Alla qabel fassal l-Univers indaga bl-għajnejn ġewwiena
Bħaż-żibeg tal-ħġieġ, bħad-dmugħ tal-granit, bħall-għaraq taż-żnied qed iqattar…
Meta nirkeb għarwien fuq ġild il-bhejjem tal-ifrat b’riqi jċarcar ma’ xlieqi…
Mulej tkattarlix dawl għajnejja. La ddommlix ġismi kollu għajnejn bħal fosos qarnita…
Qatt ma jidher isbaħ Ħaġar Qim daqs meta tittertaq qalb il-weraq tal-ħarrub ix-xemx fi nżulha…