Sub Specie Aeternitatis

Fil-pontifikal tal-bosk
lil hinn mill-jien
tiela’ l-inċens tal-memorji …
ebda balzmu tal-peprin
ma jserraħ,
ebda nbid fil-btieti
ma jfejjaq.
Sa naslu xi mkien.
It-tiftixa t’Ulisse ġa bdiet
lejn xtut imbiegħda
u misterjuzi.
L-imrieżaq koħol
tal-kwiekeb kariżmatiċi
jintlewew mitnija
fil-bronja taż-żmien.
Sub Specie