Tixjin

Hawn
f’din id-dura rdussata,
f’dan il-lejl
meta l-kwiekeb ipassu,
għall-Plejadi nonsbu …
għall-frak tad-djamanti
misħuqa
ġo vaska kobalt.
Hawn f’dat-turretti
nistejqru nisimgħu,
għaxja jħarħru,
il-vjolini
ta’ Sirius.
U jekk qatt hawn fuq,
Sinjur aħfirli,
ta’ ħajjitna
is-siġill għad jinkiser
u ndubu bħal daħna
fix-xejn.
min qatt afna?
min qatt …?