Charles Flores – Mas-Sejħa tat-Tnabar (It-Torċa, 11 ta’ Lulju, 1971)

Bħal ma tagħmel il-meteorita (shooting star) Achille Mizzi jidher u jistaħba kontinwament fil-qasam tal-kitba bil-Malti. U l-istess bħal fil-każ tal-kewkba mexxejja, għad irrid insib min tabilħaqq jiċħad is-sbuħija, l-oriġinalita’ l-immensitá tal-poeżija ta’ Mizzi. Achille Mizzi huwa l-leħen li jidwi ma’ kullimkien fil-Lettetratura Maltija. Il-leħen li jidwi ma’ kullimkien iżda li diffiċli tintebaħ minn fejn ġej. U […]

Read More

Charles Briffa – Taqtir is Skiet (In-Nazzjon Tagħna, 14 ta’ Ġunju, 1988)

Potenzjalitajiet Poetiċi Maltin Il-materja prima ta’ poeżija hija l-lingwa: kliem li jesprimi tifsir, ideat, esperjenzi. Il-poeta, bħal kull bniedem ieħor, jaħseb fuq il-ħajja permezz tal-kliem. Bil-poeżija tiegħu nistgħu naqsmu l-esperjenzi tiegħu għaliex bl-organizzazzjoni poetika kapaċi nidħlu f’dinjiet sħaħ tal-immaġinazzjoni. Imma jeħtieġ inżommu dejjem quddiem għajnejna li l-poeta mhux dejjem ivara t-tiġrib tiegħu b’lingwa razzjonali għaliex […]

Read More

Tarcisio Zarb – Poeżiji (L-Orizzont, 1 ta’ Frar, 1994)

Achille Mizzi huwa poeta, poeta. Jinħass li l-poeżija tiegħu hija mgħixa u għalhekk riżultat ta’ impuls artistiku ġewwieni. Lingwa u immaġni li jintrabtu b’timbru oriġinali fil-kuntest letterarju. Din id-daħla mhix cliche’ jew retorika min-naħa tiegħi. Hija esperjenza ta’ kritiku li kemm-il darba pprova jsib il-ġeografija simbolika ta’ dan il-poeta li għalih sintassi u lessiku, versi […]

Read More

Bernard Micallef – Il-Verita’ Mġarrba (Il-Mument, 3 ta’ April, 1994)

Il-poeżija ta’ Mizzi tiġbed l-attenzjoni mhux għax tagħti messaġġ iżda għax tpoġġina f’qagħda problematika (f’attitudni li ġġegħelna niddubitaw u nargumentaw magħna nfusna). Ħafna mill-poeżiji fil-ġabra jieħdu l-forma ta’ mistoqsija mhux għax għandhom sinjal ta’ mistoqsija fl-aħħar, iżda għax fil-mod kif jitqiegħed il-kliem, u fil-mod kif jingħata dubju flok ċertezza, il-poeżija tistieden xi forma ta’ tweġiba. […]

Read More

Alfred Sant – Vetrati Milwiena (It-Torċa, 4 ta’ April, 1999)

…Ili xhur nixtarru bil-mod, attent biex nifhem it-tifsira li tistaħba fit-tberfil ma jaqta’ xejn ta’ xibhat u ta’ kliem impoġġija flimkien b’sens mużikali akut. Akille Mizzi jippossedi kmand tad-deheb fuq l-ilsien Malti u jużah b’maestrija. Dan jagħmlu mhux biss fil-vokabularju ‘milwien’ li jħaddem, imma wkoll fiċ-ċaqliq u r-ritmi tal-kelma. …Ix-xbihat li nġarrbu fil-poeżija tiegħu jaslu […]

Read More

Bernard Micallef – Ir-Ritmu tal-Ħolqien fl-Imħabba

Mizzi ma għandux dinja tas-sensi u oħra spiritwali. Il-qagħda tal-bniedem f’dinja konkreta, fost oġġetti li jintmessu ssir rabta mal-universali u ma’ Alla. L-imħabba ma tibqax tiġrib fiżiku bejn tnejn min-nies u tisfa’ f’esperjenza ta’ ħwejjeġ li huma ‘l hinn mill-fehma umana. Issir id-dħul tal-finit f’dimensjoni infinita għax il-bniedem iħobb jipparteċipa fi pjan divin. Fil-poeżija ta’ […]

Read More

P. Serracino – Inglott (Limestone 84, 1978)

Achille Mizzi is the most universalist in choice of explicit theme and quasi -Claudelian in the orchestration of his aspirations. He is also the most faithfully Maltese and least Englished in his verbal structures. More frequently than any of the rest, he has retained the semitic freedom of word order and the psalmodic anaphorism natural […]

Read More

Francis Ebejer – The New Poetry, Malta (1971)

His first book of collected poetry was called L-Għar tal-Enimmi’– the Cave of Enigmas. That cave has proved to be of an extension limited only by the poet’s imagination. In Mizzi reality and the sub-conscious are inter-convertible. This contrives to render his poetry a subtle mixture of certainty and doubt, present experience and almost unbearable nostalgia. […]

Read More

Guże Aquilina – L-Għar tal-Enimmi (1967)

X’inhi l-poeżija għal Achille Mizzi? Il-poeżija bħal flus: tista’ tkun ġenwina jew falza. Jien inħoss li l-ispirazzjoni ta’ Achille Mizzi hi ġenwina; il-muża tiegħu twieġeb għal tqanqil il-qalb u l-moħħ. Dan it-tqanqil jitlaħħam u jieħu r-ruħ u l-ġisem fit-teknika tal-poeżija moderna. Il-motivi tal-poeżija tiegħu huma maħruġa mis-safef ta’ taħt ir-ruħ koxjenti, minn dak li, b’kelma […]

Read More