Tedium

Mulej!
Mill-bieraħ għal-lum
fi splużjoni ġewwiena
ħadet in-nar
il-warda.
U sar miraklu!
U jien
għaliex
tul l-iljieli
imgermed mix-xemgħat
tal-ikona tiegħek
ninsab bħal insett
maqbud fir-raża
daqshekk impotenti?