Ruzinjol

Għasfur tad-dlam
qatt ma kont …
barbaġann jew buqrajq.
Lanqas kokka qatt ma kont
bħal borra
tinżel bla ħoss fuq ġurdien.
Rużinjol jien.
Rixi niedi
jilma l-fidda tal-qamar.
10 Bħal dorga jdoqq fija l-bosk
fid-daħna tal-kaskati li jdamdmu
fit-telfa …
fit-telqa ta’ nżulhom
minn go ħdan
is-smewwiet.