Amanuensis

Bħall-iskrib jien!
Barra minni treġija tamarli
biex nikteb.
Ħolm minfuħ noħlom
bħal qala’ tax-xwieni;
bħal sħab, karavelli fin-nir;
karovani ta’ għana bla qies.
Bħal darwiex Persjan
fuq ix-xwabel niżfen,
fuq ix-xwabel imwiegħra niżfen
iż-żifna sfrenata,
sa ma naqa’
sfinit bid-dawran.
Mhux opaka bit-tidnis ħarsti.
Għajnejja ċari bħan-nida,
bħal dmugħ l-għadajjar tas-silġ.
Bħall-iskrib jien!
Barra minni treġija tamarli
biex nikteb.
Issummat nissamma’ t-tlissin
taż-żodjaku
biex nirsolvi l-enimmi eterni
u nikteb bil-linka ta’ demmi
l-għawar
tal-ħolqien.