Taraġ

Taraġ mibni mis-sħab mixgħul mill-kwiekeb,
mewġa fuq mewġa,
telgħin ’il fuq ’il fuq.
Viżjoni ta’ saltniet bħal korijiet
telgħin bħal kerubini u serafini.
Jitħalltu ġo xulxin il-ġerarkiji.
Taħt nett it-trab u l-ħaġar,
imbagħad ix-xitel,
l-għasafar, tjur u bhejjem.
sultan fuq nett il-Bniedem
qed joħlom bħal Ġakobb
f’riġlejn sellum tan-nar
li jagħti għall-minjieri tas-smewwiet.