Vulkan

Ibaqbaq
bħal kaldarun imħares mill-allat
imjassra ġol-munġbell.
Mill-ġrieħi,
mal-fwar iċarċar demm tan-nar li jinżel
bħal swaba’ għarriexa
ma’ ġenbejn l-iġbla.
Bħal swaba’ għarriexa li fil-ġenn tas-sħana
ifittxu l-ilmijiet.