L-ghanja ta’ Mara

Bħall-bżieq aħdar ħaxix ta’ bebbuxu
bellusi jfuħ ir-riq ta’ fommu.
Bil-pjagi stigmati msammra
ma riġlejh u dirgħajh fl-imħabba.
Ma tifhimx ix-xjuħija!
Bil-pizzi tar-ragħwa bizzilla
jgħargħarni fil-baħar ta’ ħolmti.
Truf ta’ stalletti jisomtu
l-ponot ta’ sidri.
Jekk l-isqra b’munqarhom ximitarri
bċejjeċ lil ġismi jbiċċru
maz-zkuk mehmuż laħmi jxandar jibqa’
bi lsien tan-nar imħabbti.
Ma tifhimx ix-xjuħija!
L-istaġun tan-nebbieta ġamra
bil-wisq ikedded.
Ġismi siġra liegħeb ħawħa
f’ġenbejja mielsa.
Ejja …
nistenniek
fuq id-dwieb tan-nirien,
bl-arpa f’xuxti ntiru flimkien
fl-għadira ta’ ħolma bla tmiem.